This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/183/42
Case C-274/07: Action brought on 7 June 2007 — Commission of the European Communities v Republic of Lithuania
Kawża C-274/07: Rikors imressaq fis- 7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir- Repubblika tal-Litwanja
Kawża C-274/07: Rikors imressaq fis- 7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir- Repubblika tal-Litwanja
ĠU C 183, 4.8.2007, pp. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/24 |
Rikors imressaq fis-7 ta' Ġunju 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir- Repubblika tal-Litwanja
(Kawża C-274/07)
(2007/C 183/42)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u A. Steiblytė, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Litwanja
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata li, billi ma rnexxilhiex tassigura fil-prattika li l-awtoritajiet li jimmaniġġaw l-emerġenzi jingħataw, safejn huwa teknikament possibbli, tagħrif dwar il-lok ta' min jagħmel is-sejħa għal kull min isejjaħ in-numru uniku Ewropew ta' sejħa ta' emerġenza 112 min-networks pubbliċi tat-telefon, ir-Repubblika tal-Litwanja naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skond l-Artikolu 26(3) tad-Direttiva 2002/22/KE (1) dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali); |
— |
tordna lir-Repubblika tal-Litwanja tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skada fl-24 ta' Lulju 2003.
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.