Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XX0926(01)

Deċiżjoni Nru 579 tat- 2 ta’ Lulju 2009 dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-11 Vranino, li jinsab fil-provinċja ta’ Dobrich, u n-notifikazzjoniji rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

ĠU C 232, 26.9.2009, pp. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/13


DEĊIŻJONI Nru 579

tat-2 ta’ Lulju 2009

dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-11 Vranino, li jinsab fil-provinċja ta’ Dobrich, u n-notifikazzjoniji rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

2009/C 232/07

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI

Skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 42(1)(1) u l-Artikolu 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u b’kunsiderazzjoni għall-Artikolu 4(2)(16) u l-Artikolu 1(24a) tal-Att tal-Enerġija,

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI DDEĊIEDA LI:

1.

jiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-gass naturali fil-Blokk 1-11 Vranino, b'superfiċe ta' 392,42 km2 u b'koordinati tal-konfini 1 sa 5, kif deskritt fl-Anness għal din id-deċiżjoni;

2.

jħabbar li l-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 ser jissejjes fuq kompetizzjoni;

3.

jispeċifika li l-perjodu ta’ żmien kopert mill-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni huwa ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt għat-tiftix u l-esplorazzjoni, bid-dritt li dan il-perjodu jkun jista’ jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art;

4.

il-kompetizzjoni għall-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 issir fil-150 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-bini tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triq Triaditza, Sofia;

5.

id-data tal-għeluq għax-xiri tal-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-130 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.

id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti skont il-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-144 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

8.

il-kompetizzjoni ma titlobx li jkun hemm il-preżenza personali;

9.

il-prezz tal-fajl tal-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 2 500 (2 500 leva Bulgara). Il-fajl tal-kompetizzjoni jista’ jinxtara mill-kamra Nru 802 tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triaditza Street, Sofia, matul il-perjodu ffissat fil-punt 5;

10.

l-applikanti għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art;

11.

il-proposti tal-applikanti se jkunu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati lill-ħarsien ambjentali u lit-taħriġ, il-bonusijiet, kif ukoll skont il-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji tagħhom, kif inhu speċifikat fil-fajl tal-kompetizzjoni;

12.

id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 50 000 (50 000 leva Bulgara) u għandu jitħallas qabel id-data tal-għeluq speċifikata fil-punt 6, fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, kif iddikjarat fil-fajl tal-kompetizzjoni;

13.

fil-każ li t-talba tal-applikant biex jipparteċipa fil-kompetizzjoni ma tintlaqax, l-applikant jirċievi lura d-depożitu li jkun ħallas f’forma ta’ rimbors fi żmien 14-il jum mid-data meta jkun ġie nnotifikat li l-applikazzjoni tiegħu ma ntlaqgħetx;

14.

id-depożitu tal-applikant li jirbaħ il-kompetizzjoni jinżamm u l-bqija tal-parteċipanti l-oħra jirċievu lura d-depożiti f'forma ta' rimbors fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat;

15.

l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni u l-proposti mill-applikanti skont il-fajl tal-kompetizzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triaditza Street, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art;

16.

l-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li jidhru fil-fajl tal-kompetizzjoni;

17.

il-kompetizzjoni tista’ ssir anke jekk jitħalla jipparteċipa applikant wieħed biss;

18.

il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija huwa awtorizzat jagħmel kif ġej:

18.1.

jibgħat din id-Deċiżjoni biex tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Istat, kif ukoll fuq is-sit tal-internet tal-Kunsill tal-Ministri;

18.2.

jorganizza l-andament tal-kompetizzjoni.

19.

l-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru

Sergei STANISHEV

Is-Segretarju Prinċipali tal-kunsill tal-Ministri

Vesselin DAKOV

Kopja awtentika,

Id-direttur tal-uffiċċju tal-kabinett

Vesselin DAKOV


ANNESS

LISTA TA' KOORDINATI

1.

Il-koordinati ġeografiċi (sistema ta' koordinati: 1950): tal-Block 1-11 Vranino:

1.

43° 39′ 42,190″ N

28° 14′ 59,825″ E

2.

43° 36′ 49,199″ N

28° 30′ 00,834″ E

3.

43° 25′ 54,191″ N

28° 23′ 09,845″ E

4.

43° 29′ 46,184″ N

28° 11′ 05,835″ E

5.

43° 39′ 42,190″ N

28° 14′ 59,825″ E


Top