Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XX0926(02)

Deċiżjoni Nru 580 tat- 2 ta’ Lulju 2009 dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-17 Ovcha Mogila, li jinsab fil-provinċji ta’ Pleven, u Veliko Tarnovo u n-notifika rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

ĠU C 232, 26.9.2009, pp. 16–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/16


DEĊIŻJONI Nru 580

tat-2 ta’ Lulju 2009

dwar il-ftuħ ta' proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni ta' żejt u gass – riżorsi naturali ta’ taħt l-art skont l-Artikolu 2(1)(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art, fil-Blokk 1-17 Ovcha Mogila, li jinsab fil-provinċji ta’ Pleven, u Veliko Tarnovo u n-notifika rigward il-kompetizzjoni prevista għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

2009/C 232/08

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI

Skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 42(1)(1) u l-Artikolu 44(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art, u b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 4(2)(16) u t-Taqsima 24a tal-Att tal-Enerġija,

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI IDDEĊIEDA LI:

1.

jiftaħ proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-gass naturali fil-Blokk 1-17 Ovcha Mogila, b'superfiċe ta' 260,96 km2 u b'koordinati 1 sa 5 skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.

jħabbar li l-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 se jkun imsejjes fuq kompetizzjoni.

3.

jispeċifika li l-perjodu ta’ żmien kopert mill-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni huwa ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt għat-tiftix u l-esplorazzjoni, bid-dritt li dan il-perjodu jiġi estiż skont l-Artikolu 31(3) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

4.

Il-kompetizzjoni għall-għoti tal-awtorizzazzjoni skont il-punt 1 issir fil-150 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-bini tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, Nru 8, Triaditza Street, Sofia.

5.

L-iskadenza għax-xiri tal-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-120 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-130 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti skont il-fajl tal-kompetizzjoni hija l-17:00 fil-144 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

8.

Il-kompetizzjoni ma titlobx li jkun hemm il-preżenza personali.

9.

Il-prezz tal-fajl tal-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 500 (500 leva Bulgara). Il-fajl tal-kompetizzjoni jista’ jinxtara’ mill-kamra Nru 802 tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, No 8, Triaditza Street , Sofia, matul il-perjodu ffissat fil-punt 5.

10.

L-applikanti għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 23(1) tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta’ Taħt l-Art.

11.

Il-proposti tal-applikanti se jkunu evalwati abbażi tal-programmi ta’ ħidma proposti, ir-riżorsi ddedikati lill-ħarsien ambjentali u lit-taħriġ, il-bonusijiet, kif ukoll skont il-kapaċitajiet maniġerjali u finanzjarji tagħhom, kif inhu speċifikat fil-fajl tal-kompetizzjoni.

12.

Id-depożitu għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni huwa stabbilit għal BGN 10 000 (10 000 leva Bulgara) u għandu jitħallas qabel l-iskadenza speċifikata fil-punt 6, fil-kont bankarju tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, kif jidher fil-fajl tal-kompetizzjoni.

13.

Fil-każ li t-talba tal-applikant biex jipparteċipa fil-kompetizzjoni ma tintlaqax, id-depożitu li l-applikant ikun ħallas jiġi rimburżat fi żmien 14-il jum mid-data meta jkun ġie nnotifikat li l-applikazzjoni tiegħu ma ntlaqgħetx.

14.

Id-depożitu ta’ min ikun rebaħ l-offerta jinżamm u l-bqija tal-applikanti l-oħra jiġu rimburżati fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tiftix u l-esplorazzjoni fil-Gazzetta tal-Istat.

15.

L-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fil-kompetizzjoni u l-proposti tal-applikanti skont il-fajl tal-kompetizzjoni għandhom jiġu ppreżentati fil-bini tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija, No 8, Triaditza Street, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 46 tal-Att dwar ir-Riżorsi Naturali ta' Taħt l-Art.

16.

L-offerti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li jidhru fil-fajl tal-kompetizzjoni.

17.

Il-kompetizzjoni tista’ ssir anke jekk jitħalla jipparteċipa applikant wieħed biss.

18.

Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Enerġija huwa awtorizzat jagħmel kif ġej:

18.1.

jibgħat it-test ta' din id-Deċiżjoni biex jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Istat, kif ukoll fuq is-sit tal-internet tal-Kunsill tal-Ministri;

18.2.

jorganizza l-andament tal-kompetizzjoni.

19.

L-appelli kontra din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum mill-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru

Sergei STANISHEV

Is-Segretarju prinċipali tal-kunsill tal-Ministri

Vesselin DAKOV

Kopja awtentika,

Id-direttur tal-uffiċċju tal-kabinett

Vesselin DAKOV


ANNESS

LISTA TA’ KOORDINATI

1.

Il-koordinati ġeografiċi (sistema ta’ koordinati: 1950): tal-Blokk 1-17 Ovcha Mogila:

1.

43° 31′ 53,551″ N

25° 08′ 03,624″ E

2.

43° 31′ 49,230″ N

25° 28′ 10,182″ E

3.

43° 26′ 37,261″ N

25° 28′ 10,451″ E

4.

43° 26′ 41,617″ N

25° 08′ 05,618″ E

5.

43° 31′ 53,551″ N

25° 08′ 03,624″ E


Top