Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/232/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5639 – Alpha V/Investindustrial Funds/Permasteelisa) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 232, 26.9.2009, pp. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5639 – Alpha V/Investindustrial Funds/Permasteelisa)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 232/11

1.

Fit-18 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Investindustrial L.P. (“Investindustrial LP”, Jersey-Channel Islands), Investindustrial IV L.P. (“Investindustrial IV LP”, Jersey-Channel Islands) – flimkien “Investindustrial Funds” – u Alpha Private Equity Fund V (“Alpha V”, Jersey-Channel Islands) akkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll konġunt tal-impriża sħiħa Permasteelisa S.p.A. (“Permasteelisa”, l-Italja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Investindustrial LP, Investindustrial IV LP u Alpha V: fondi ta’ ishma privati li jakkwistaw u jbiegħu kumpaniji għall-benefiċċju tal-investituri,

għal Permasteelisa: disinn, produzzjoni u istallazzjoni ta' qoxra arkitettonika (curtain wall) għal bini kbir, ħitan interni u diviżorji kif ukoll disinn u istallazzjoni ta' tagħmir għal ħwienet ta' klassi medja jew esklussiva.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5639 – Alpha V/Investindustrial Funds/Permasteelisa, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top