Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0358

Kawża C-358/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja Awla) tat- 2 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-House of Lords — Ir-Renju Unit) — Aventis Pasteur SA vs OB (Direttiva 85/374/KEE — Responsabbiltà għall-prodotti difettużi — Artikoli 3 u 11 — Żball dwar il-klassifikazzjoni ta’ produttur — Proċedura ġudizzjarja — Talba għas-sostituzzjoni tal-produttur mal-konvenut inizjali — Skadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni)

ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-House of Lords — Ir-Renju Unit) — Aventis Pasteur SA vs OB

(Kawża C-358/08) (1)

(Direttiva 85/374/KEE - Responsabbiltà għall-prodotti difettużi - Artikoli 3 u 11 - Żball dwar il-klassifikazzjoni ta’ “produttur” - Proċedura ġudizzjarja - Talba għas-sostituzzjoni tal-produttur mal-konvenut inizjali - Skadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni)

2010/C 24/17

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

House of Lords

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aventis Pasteur SA

Konvenuti: OB

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — House of Lords — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill, 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 1, p. 257 — 261) — Azzjoni mressqa kontra kumpannija li bi żball ġiet ikkunsidrata bħala l-produttur ta’ prodott allegatament difettuż — Possibilità, wara li jkun iddekorra l-perijodu ta’ preskrizzjoni ta’ 10 snin previst fl-Artikolu 11 tad-Direttiva, li jiġi ssostitwit il-konvenut fil-kawża minn parti oħra — Persuna magħżula bħala konvenut fil-kawża matul il-perjodu ta’ 10 snin li ma jkollhiex il-kwalità ta’ “produttur” kif iddefinit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva

Dispożittiv

L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali milli tawtorizza li s-sostituzzjoni ta’ konvenut ma ieħor matul proċeduri ġudizzjarji tiġi applikata b’mod li tippermetti li, wara l-iskadenza tat-terminu li din tiffissa, issejjaħ lil “produttur” bħala konvenut fis-sens tal-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, fi proċeduri ġudizzjarji mressqa f’dan it-terminu kontra persuna oħra.

Madankollu, minn naħa, dan l-Artikolu 11 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lill-qorti nazzjonali milli tqis li, fil-proċeduri ġudizzjarji mressqa, fit-terminu li hija ffissat, kontra s-sussidjarja 100 % proprjetà tal-“produttur”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 85/374, dan il-produttur jista’ jissostitwixxi lil din il-kumpannija sussidjarja jekk din il-qorti tikkonstata li t-tpoġġija fiċ-ċirkulazzjoni tal-prodott ikkonċernat ġiet fil-fatt iddeterminata minn dan il-produttur.

Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 85/374 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta persuna ppreġudikata minn prodott allegatament diffettuż ma setgħetx raġjonevolament tidentifika l-produttur ta’ dan il-prodott qabel ma teżerċita d-drittijiet tagħha kontra l-fornitur ta’ dan tal-aħħar, dan il-fornitur għandu jiġi kkunsidrat bħala “produttur”, b’mod partikolari għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, jekk, b’inizjattiva tiegħu stess u b’mod diliġenti, ma jkunx ikkomunika lill-persuna ppreġudikata l-identità tal-produttur jew tal-fornitur tiegħu stess, liema komunikazzjoni għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali skont iċ-ċirkustanzi tal-każ


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008


Top