Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0363

Kawża C-363/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 26 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Romana Slanina vs Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Wien (Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Allowances tal-familja — Rifjut — Ċittadina nazzjonali stabbilita mal-wild tagħha fi Stat Membru ieħor, filwaqt li missier il-wild jaħdem fit-territorju nazzjonali)

ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — Romana Slanina vs Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Wien

(Kawża C-363/08) (1)

(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Allowances tal-familja - Rifjut - Ċittadina nazzjonali stabbilita mal-wild tagħha fi Stat Membru ieħor, filwaqt li missier il-wild jaħdem fit-territorju nazzjonali)

2010/C 24/18

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Romana Slanina

Konvenut: Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Wien

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal allowance tal-familja (Familienbeihilfe) favur il-persuni li jkollhom wild dipendenti u li jkunu residenti fit-territorju nazzjonali — Rifjut tal-għoti tal-allowance fil-konfront ta’ ċittadina nazzjonali li tistabbilixxi ruħha, flimkien mal-wild tagħha, fi Stat Membru ieħor, peress li missier il-wild jkun baqa’ residenti fit-territorju nazzjonali fejn jeżerċita attività professjonali.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ddivorzjata, li tħallset allowances tal-famillja mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li fih kienet tirrisjedi u fejn l-ex konjuġi tagħha għadu jgħix u jaħdem, tibqa’ tibbenefika, għall-wild tagħha, bil-kundizzjoni li dan il-wild ikun rikonoxxut bħala “membru tal-familja” ta’ dan l-ex konjuġi, fis-sens tal-Artikolu 1(f)(1) tal-imsemmi regolament, minn dawn l-allowances minkejja li titlaq dan l-Istat sabiex tistabbilixxi ruħha, mal-wild tagħha, fi Stat Membru ieħor, fejn hija ma taħdimx, u minkejja li l-imsemmi ex konjuġi jista’ jirċievi l-imsemmija allowances fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħu.

(2)

L-eżerċizzju ta’ attività professjonali minn persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrenti fil-kawża principali, fl-Istat Membru tar-residenza tagħha, li effettivament jagħtiha dritt għal allowances tal-familja, għandu l-effett li jissospendi, skont l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 118/97, id-dritt għall-allowances tal-familja dovuti skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ex konjuġi ta’ din il-persuna jeżerċita attività professjonali, sal-ammont previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tagħha.


(1)  ĠU C285, 08.11.2008


Top