Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0439

Kawża C-439/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fl- 10 ta’ Novembru 2009 — Pierre Fabre Dermo-Cosmétique SAS vs Président de l’Autorité de la Concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi

ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fl-10 ta’ Novembru 2009 — Pierre Fabre Dermo-Cosmétique SAS vs Président de l’Autorité de la Concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi

(Kawża C-439/09)

2010/C 24/49

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pierre Fabre Dermo-Cosmétique SAS

Konvenuti: Président de l’Autorité de la Concurrence, Ministre de l’Économie, de l’Industrie et de l’Emploi

Domanda preliminari

Il-projbizzjoni ġenerali u assoluta li jinbiegħu prodotti kuntrattwali fuq l-Internet lill-utenti finali, li hija imposta fuq id-distributuri awtorizzati fil-qafas ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva, tikkostitwixxi effettivament restrizzjoni serja bl-għan li tillimita l-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE li mhijiex koperta mill-eżenzjoni ġenerali stabbilita mir-Regolament Nru 2790/1999 (1), iżda li eventwalment tista’ tibbenefika minn eżenzjoni individwali skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat KE?


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 279/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364).


Top