This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0442
Case C-442/09: Reference for a preliminary ruling from the Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (Germany) lodged on 13 November 2009 — Karl Heinz Bablok, Stefan Egeter, Josef Stegmeier, Karlhans Müller, Barbara Klimesch v Freistaat Bayern — Intervening parties: Monsanto Technology Llc., Monsanto Agrar Deutschland GmbH, Monsanto Europa S.A./N.V.
Kawża C-442/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (Il-Ġermanja) fit- 13 ta’ Novembru 2009 — Karl Heinz Bablok, Stefan Egeter, Josef Stegmeier, Karlhans Müller, Barbara Klimesch vs Freistaat Bayern — Intervenjenti: Monsanto Technology Llc., Monsanto Agrar Deutschland GmbH, Monsanto Europe S.A./N.V.
Kawża C-442/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (Il-Ġermanja) fit- 13 ta’ Novembru 2009 — Karl Heinz Bablok, Stefan Egeter, Josef Stegmeier, Karlhans Müller, Barbara Klimesch vs Freistaat Bayern — Intervenjenti: Monsanto Technology Llc., Monsanto Agrar Deutschland GmbH, Monsanto Europe S.A./N.V.
ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/28 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (Il-Ġermanja) fit-13 ta’ Novembru 2009 — Karl Heinz Bablok, Stefan Egeter, Josef Stegmeier, Karlhans Müller, Barbara Klimesch vs Freistaat Bayern — Intervenjenti: Monsanto Technology Llc., Monsanto Agrar Deutschland GmbH, Monsanto Europe S.A./N.V.
(Kawża C-442/09)
2010/C 24/51
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Karl Heinz Bablok, Stefan Egeter, Josef Stegmeier, Karlhans Müller, Barbara Klimesch
Konvenut: Freistaat Bayern
Domandi preliminari
(1) |
Il-kunċett “organiżmu modifikat ġenetikament” jew “OMĠ”, kif iddefinit fl- Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll materjal minn pjanti modifikati ġenetikament (f’dan il-każ, polline mir-razza tal-qamħirrum MON 810) li għalkemm jinkorpora DNA modifikat ġenetikament u proteini modifikati ġenetikament (f’dan il-każ, it-toxin Bt) fil-mument li jagħmel parti mill-ikel (f’dan il-każ għasel) jew ikun intiż għall-użu bħala ikel/suppliment tal-ikel ma jkollux (jew ma jkollux iktar) il-kapaċità speċifika jew individwali li jirriproduċi? |
(2) |
Jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda:
Il-kunċett “prodott minn OMĠ”, fis-sens tal-Artikolu 2(10) u tal-Artikolu 3(1)(ċ) tar-Regolament Nru 1829/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tal-OMĠ, ma jeżiġix proċess ta’ produzzjoni intenzjonali u partikolari u jkopri wkoll il-kontaminazzjoni involontarja u aċċidentali ta’ OMĠ (preċedenti) fi prodott tal-ikel (fil-każ inkwistjoni, għasel jew polline bħala suppliment tal-ikel)? |
(3) |
Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda: Id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li kull kontaminazzjoni ta’ ikel mill-annimali, bħall-għasel, dovut għal materjal modifikat ġenetikament li huwa legalment preżenti fl-ambjent, għandha l-effett li tissuġġetta tali ikel għall-obbligu ta’ awtorizzazzjoni u sorveljanza prevista f’dawn id-dispożizzjonijiet, jew huwa possibbli li jiġu applikati mutatis mutandis il-limiti applikabbli f’każijiet oħra (f’dan il-każ, pereżempju, fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32 p. 432