This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0454
Case C-454/09: Action brought on 19 November 2009 — Commission of the European Communities v Italian Republic
Kawża C-454/09: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
Kawża C-454/09: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/33 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-454/09)
2010/C 24/60
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara illi, billi ma ħaditx, fit-termini preskritti, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex twaqqaf l-iskema ta’ għajnuna ddikjarata bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/697/KE (1), tas-16 ta’ April 2006, dwar għajnuna mill-Istat C 13/07 (ex NN 15/06 u N 743/06) li l-Italja tat favur New Interline (innotifikata fis-17 ta’ Ġunju 2008 bid-dokument numru C(2008) 1321), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u t-Trattat KE; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu li fih l-Italja kellha twaqqaf l-iskema u tirkupra l-għajnuna mogħtija illegalment skada erba’ xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni. Iktar minn sena wara, l-awtoritajiet Taljani għadhom ma adottawx il-miżuri meħtieġa sabiex jimplementaw id-deċiżjoni u jirkupraw l-għajnuna.
(1) ĠU L 235, p. 12