This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0482
Case C-482/09: Reference for a preliminary ruling from Court of Appeal (England Wales) (Civil Division) (United Kingdom) made on 30 November 2009 — Budějovický Budvar, národní podnik v Anheuser-Busch, Inc.
Kawża C-482/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England Wales) (Civil Division) (l-Ingilterra) fit- 30 ta’ Novembru 2009 — Budějovický Budvar, národní podnik vs Anheuser-Busch, Inc.
Kawża C-482/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England Wales) (Civil Division) (l-Ingilterra) fit- 30 ta’ Novembru 2009 — Budějovický Budvar, národní podnik vs Anheuser-Busch, Inc.
ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/42 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (l-Ingilterra) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Budějovický Budvar, národní podnik vs Anheuser-Busch, Inc.
(Kawża C-482/09)
2010/C 24/72
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Budějovický Budvar, národní podnik
Konvenuta: Anheuser-Busch, Inc.
Domandi preliminari
(1) |
Xi jfisser “qabel” fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (1) u b’mod partikolari:
|
(2) |
Meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ “ħames snin suċċessivi”, u b’mod partikolari, dan jista’ jibda (u jekk iva jista’ jiskadi) qabel mal-proprjetarju tat-trade mark preċedenti attwalment jikseb ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tiegħu; u jekk ikun il-każ x’kundizzjonijiet huma neċessarji sabiex jibda jiddekorri t-terminu? |
(3) |
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE japplika sabiex jippermetti lill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti jipprevali anki fejn kien hemm perijodu twil ta’ użu onest kontemporanju ta’ żewġ trade marks identiċi għal oġġetti identiċi sabiex il-garanzija tal-oriġini tat-trade mark preċedenti ma tfissirx li t-trade mark tindika l-oġġetti tal-proprjetarju tat-trade mark preċedenti u xejn iktar, iżda minflok tindika l-oġġetti tiegħu jew l-oġġetti tal-proprjetarju l-ieħor? |
(1) L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92)