This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TB0313
Joined Cases T-313/08 to T-318/98 and T-320/08 to T-328/08: Order of the Court of First Instance of 30 November 2009 — Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore and Others v Commission (Application for annulment — Regulation (EC) No 530/2008 — Recovery of bluefin tuna stock — Fixing the TAC for 2008 — Measure of general application — Lack of individual concern — Inadmissibility)
Kawżi magħquda T-313/08 sa T-318/08 u T-320/08 sa T-328/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta’ Novembru 2009 — Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore et vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 530/2008 — Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn — Stabbiliment tat-TAC għas-sena 2008 — Att ta’ portata ġenerali — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà )
Kawżi magħquda T-313/08 sa T-318/08 u T-320/08 sa T-328/08: Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 30 ta’ Novembru 2009 — Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore et vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 530/2008 — Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn — Stabbiliment tat-TAC għas-sena 2008 — Att ta’ portata ġenerali — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà )
ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 53–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/53 |
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Novembru 2009 — Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-313/08 sa T-318/08 u T-320/08 sa T-328/08) (1)
(“Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 530/2008 - Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn - Stabbiliment tat-TAC għas-sena 2008 - Att ta’ portata ġenerali - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)
2010/C 24/94
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore Snc (Catane, l-Italja) u s-sittax-il rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness mad-digriet (rappreżentanti: A. Maiorana, A. De Matteis u A. De Francesco, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Banks u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9)
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli. |
(2) |
Ir-rikorrenti, Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore Snc u s-sittax-il rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej. |