This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0460
Case T-460/09: Action brought on 16 November 2009 — CheapFlights International v OHIM — Cheapflights (Cheapflights)
Kawża T-460/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2009 — CheapFlights International vs UASI — Cheapflights (Cheapflights)
Kawża T-460/09: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2009 — CheapFlights International vs UASI — Cheapflights (Cheapflights)
ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 58–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/58 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2009 — CheapFlights International vs UASI — Cheapflights (Cheapflights)
(Kawża T-460/09)
2010/C 24/103
Lingwa tal-preżentata tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CheapFlights International Ltd (Ballybofey, l-Irlanda) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cheapflights Ltd (Londra, l-Ingilterra)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-31 ta’ Awwissu 2009, fil-Każ R 1356/2007-4; |
— |
tiċħad l-appell ippreżentat mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-konvenut tat-22 ta’ Ġunju 2007 fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 806 531; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u |
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-każ li hija ssir intervjenenti f’din il-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Cheapflights”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41, 42, 43 u 44
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Irlandiża “CheapFlights”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 38, 39, 41, 42, 43 u 44; l-applikazzjoni għat-trade mark Irlandiża “CHEAPFLIGHTS”, għal servizzi fil-klassijiet 38, 41, 42 u 44; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Irlandiża “CheapFlights.ie”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 39, 41, 42 u 43; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva internazzjonali “CheapFlights”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 39 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.