This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009FN0095
Case F-95/09: Action brought on 13 November 2009 — Skareby v Commission
Kawża F-95/09: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Novembru 2009 — Skareby vs Il-Kummissjoni
Kawża F-95/09: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Novembru 2009 — Skareby vs Il-Kummissjoni
ĠU C 24, 30.1.2010, pp. 81–81
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/81 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2009 — Skareby vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-95/09)
2010/C 24/155
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Carina Skareby (Leuven, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li ssir investigazzjoni amministrattiva sabiex jiġi stabbilit il-fastidju psikoloġiku allegatment subit minnha.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Marzu 2009, u sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |