This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0248
Case C-248/08: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 17 December 2009 — European Commission v Hellenic Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Regulation (EC) No 1774/2002 — Articles 4(2)(a) and (c), 5(2)(c), 6(2)(b), 10 to 15, 17, 18 and 26 — Animal by-products — Waste — Burial without prior treatment — Lack of official controls — Plants for the safe management of animal by-products — Operation — Lack of authorisation — Incineration of specified risk materials — No adequate process)
Kawża C-248/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 1774/2002 — Artikoli 4(2)(a) u (ċ), 5(2)(ċ), 6(2)(b), 10 sa 15, 17, 18 u 26 — Prodotti sekondarji tal-annimali — Skart — Dfin mingħajr trattament minn qabel — Nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali — Installazzjonijiet li jiżguraw is-sigurtà tal-ġestjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali — Operat — Nuqqas ta’ approvazzjoni — Inċinerazzjoni tal-materjal ta’ riskju speċifikat — Nuqqas ta’ proċessi adegwati)
Kawża C-248/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 1774/2002 — Artikoli 4(2)(a) u (ċ), 5(2)(ċ), 6(2)(b), 10 sa 15, 17, 18 u 26 — Prodotti sekondarji tal-annimali — Skart — Dfin mingħajr trattament minn qabel — Nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali — Installazzjonijiet li jiżguraw is-sigurtà tal-ġestjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali — Operat — Nuqqas ta’ approvazzjoni — Inċinerazzjoni tal-materjal ta’ riskju speċifikat — Nuqqas ta’ proċessi adegwati)
ĠU C 51, 27.2.2010, pp. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-248/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 1774/2002 - Artikoli 4(2)(a) u (ċ), 5(2)(ċ), 6(2)(b), 10 sa 15, 17, 18 u 26 - Prodotti sekondarji tal-annimali - Skart - Dfin mingħajr trattament minn qabel - Nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali - Installazzjonijiet li jiżguraw is-sigurtà tal-ġestjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali - Operat - Nuqqas ta’ approvazzjoni - Inċinerazzjoni tal-materjal ta’ riskju speċifikat - Nuqqas ta’ proċessi adegwati)
2010/C 51/11
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u A. Markoulli, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos, S. Charitaki, E.-M. Mamouna u I. Chalkias, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(2), 5(2), 10 sa 15, 17, 18 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ottubru 2002, li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 37, p. 92) — Dfin ta’ prodotti sekontarji tal-annimali mingħajr trattament minn qabel — Nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali
Dispożittiv
(1) |
Billi ma applikatx u ma infurzatx korrettament ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ottubru 2002, li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman, f’dak li jirrigwarda dfin fil-miżbliet mingħajr ipproċessar minn qabel, nuqqas ta’ kontrolli uffiċjali, approvazzjoni tal-installazzjonijiet inkarigati mill-ġestjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali u inċinerazzjoni tal-materjal ta’ riskju speċifikat, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 4(2)(a) u (ċ), 5(2)(ċ), 6(2)(b), 10 sa 15, 17, 18 u 26 tar-Regolament Nru 1774/2002. |
(2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |