Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0586

Kawża C-586/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas- 17 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Angelo Rubino vs Ministero dell'Università e della Ricerca (Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ diplomi — Kunċett ta’ professjoni rregolata — Għażla ta’ numru ddefinit minn qabel ta’ persuni fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni komparattiva u li tagħti titolu ta’ validità limitata fiż-żmien — Kapaċità xjentifika nazzjonali — Professur tal-università)

ĠU C 51, 27.2.2010, pp. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Angelo Rubino vs Ministero dell'Università e della Ricerca

(Kawża C-586/08) (1)

(Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ diplomi - Kunċett ta’ “professjoni rregolata” - Għażla ta’ numru ddefinit minn qabel ta’ persuni fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni komparattiva u li tagħti titolu ta’ validità limitata fiż-żmien - Kapaċità xjentifika nazzjonali - Professur tal-università)

2010/C 51/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Angelo Rubino

Konvenut: Ministero dell’Università e della Ricerca

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3(1)(ċ) u 47(1) KE u tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix ir-rikonoxximent ta’ kwalifika professjonali ta’ għalliem universitarju, miksuba fi Stat Membru ieħor.

Dispożittiv

Il-fatt li l-aċċess għal professjoni huwa rriżervat għall-kandidati li ntgħażlu fit-tmiem ta’ proċedura intiża sabiex jintgħażel numru ddefinit minn qabel ta’ persuni fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni komparattiva tal-kandidati, pjuttost milli bl-applikazzjoni ta’ kriterji assoluti, u li tagħti titolu li l-validità tiegħu hija limitata strettament fiż-żmien m’għandux bħala konsegwenza li l imsemmija professjoni tikkostitwixxi professjoni rregolata fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali.

Madankollu, l-Artikoli 39 KE u 43 KE jirrikjedu li l-kwalifiki miksuba fi Stati Membri oħra jiġu rrikonoxxuti bil-valur ġust tagħhom u jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ tali proċedura.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


Top