This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0540
Case C-540/09: Reference for a preliminary ruling from the Regeringsrätten (Sweden) lodged on 21 December 2009 — Skandinaviska Enskilda Banken AB Momsgrupp v Skatteverket
Kawża C-540/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Regeringsrätten fil- 21 ta’ Diċembru 2009 — Skandinaviska Enskilda Banken AB Momsgrupp vs Skatteverket
Kawża C-540/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Regeringsrätten fil- 21 ta’ Diċembru 2009 — Skandinaviska Enskilda Banken AB Momsgrupp vs Skatteverket
ĠU C 51, 27.2.2010, pp. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Regeringsrätten fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Skandinaviska Enskilda Banken AB Momsgrupp vs Skatteverket
(Kawża C-540/09)
2010/C 51/40
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Regeringsrätten
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skandinaviska Enskilda Banken AB Momsgrupp
Konvenut: Skatteverket
Domandi preliminari
(1) |
Il-Parti B tal-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva tal-VAT (Artikolu 135, Nru 1 tad-Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-eżenzjonijiet previsti minn dan l-istess artikolu huma applikabbli wkoll għas-servizzi (underwriting) li permezz tagħhom kumpannija ta’ intermedjazzjoni mobiljari tagħti, bi ħlas, garanzija lil kumpannija li tkun trid teffettwa ħruġ ta’ azzjonijiet, meta l-garanzija timplika li l-kumpannija ta’ intermedjazzjoni mobiljari tagħti impenn li tissottoskrivi l-azzjonijiet li eventwalment ma jiġux sottoskritti fil-perijodu ta’ sottoskrizzjoni? |
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23–62)