Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0472

Kawża C-472/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tal- 21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās Tiesas Senāts — ir-Repubblika tal-Latvja) — Alstom Power Hydro vs Valsts ieņēmumu dienests (Talba għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 18(4) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għar-rimbors ta’ ħlas żejjed tal-VAT)

ĠU C 63, 13.3.2010, pp. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās Tiesas Senāts — ir-Repubblika tal-Latvja) — Alstom Power Hydro vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-472/08) (1)

(Talba għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 18(4) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għar-rimbors ta’ ħlas żejjed tal-VAT)

2010/C 63/21

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alstom Power Hydro

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Liġi nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talbiet għal rimbors ta’ ħlas żejjed ta’ taxxi

Dispożittiv

L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talba għal rimbors ta’ ħlas żejjed tat-taxxa fuq il-valur miżjud miġbur indebitament mill-amministrazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008


Top