Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0523

Kawża C-523/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fil- 15 ta’ Diċembru 2009 — AS Rakvere Piim, AS Maag Piimatööstus vs Veterinaar- ja Toiduamet

ĠU C 63, 13.3.2010, pp. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (ir-Repubblika tal-Estonja) fil-15 ta’ Diċembru 2009 — AS Rakvere Piim, AS Maag Piimatööstus vs Veterinaar- ja Toiduamet

(Kawża C-523/09)

2010/C 63/42

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS Rakvere Piim, AS Maag Piimatööstus

Konvenuta: Veterinaar- ja Toiduamet

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 27(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li imprenditur jintalab, għall-attivitajiet imsemmija fit-Taqsima A tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, ir-rati minimi tat-tariffi previsti fit-Taqsima B tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, anki meta l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fir-rigward tal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament huma inqas mir-rati minimi ċċitati iktar ’il fuq?

(2)

Fil-kundizzjonijiet imsemmija fid-domanda preċedenti, Stat Membru għandu dritt li jintroduċi, għall-attivitajiet imsemmija fit-Taqsima A tal-Anness IV tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq, tariffi inqas mir-rati minimi previsti fit-Taqsima B tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, meta l-ispejjeż imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fir-rigward tal-elementi elenkati fl-Anness VI ta’ dan ir-regolament huma inqas mir-rati minimi ċċitati iktar ’il fuq, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(6) ta’ dan ir-regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200.


Top