Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0358

Kawża C-358/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit- 30 ta’ Lulju 2012 — Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici vs Comune di Milano

ĠU C 311, 13.10.2012, pp. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fit-30 ta’ Lulju 2012 — Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici vs Comune di Milano

(Kawża C-358/12)

2012/C 311/04

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici

Konvenut: Comune di Milano

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ proporzionalità, kif jirriżulta mid-dritt ta’ stabbiliment u mill-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni, stabbiliti fl-Artikoli 49, 56 u 101 TFUE, u l-prinċipju ta’ raġonevolezza li jagħmel parti mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward ta’ sejħiet għal offerti li jaqgħu kemm fuq kif ukoll taħt il-livell ta’ rilevanza Komunitarju, tikklassifika bħala serju ksur relatat mal-obbligi ta’ kontribuzzjoni li jkun ġie stabbilit b’mod definittiv meta l-ammont korrispondenti jaqbeż EUR 100 u fl-istess ħin ikun ta’ iktar minn 5 % tad-differenza bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa fir-rigward ta’ kull perijodu ta’ remunerazzjoni jew kontribuzzjoni, bil-konsegwenza li l-awtorità kontraenti tkun obbligata teskludi mill-proċess ta’ sejħa għal offerti l-offerent li jkun responsabbli għal tali ksur, mingħajr ma tevalwa aspetti oħra li juru speċifikatament l-affidabbiltà tal-offerent inkwistjoni bħala parti kontraenti?


Top