This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TN0353
Case T-353/12: Action brought on 6 August 2012 — Aleris v OHIM — Carefusion 303 (ALARIS)
Kawża T-353/12: Rikors ippreżentat fit- 6 ta’ Awwissu 2012 — Aleris vs UASI — Carefusion 303 (ALARIS)
Kawża T-353/12: Rikors ippreżentat fit- 6 ta’ Awwissu 2012 — Aleris vs UASI — Carefusion 303 (ALARIS)
ĠU C 311, 13.10.2012, pp. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/12 |
Rikors ippreżentat fit-6 ta’ Awwissu 2012 — Aleris vs UASI — Carefusion 303 (ALARIS)
(Kawża T-353/12)
2012/C 311/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aleris Holding AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. Kylhammar u K. Westerberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carefusion 303, Inc. (San Diego, l-Istati Uniti)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Mejju 2012 (R 334/2011-5), kif ukoll it-tieni parti tad-deċiżjoni ta’ kanċellazzjoni, u tagħti deċiżjoni skont it-talba tar-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali “ALARIS”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 10, 37 u 42 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 571521
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-prinċipji fundamentali li għandhom jiġu applikati fi proċedimenti ta’ revoka bbażati fuq in-nuqqas ta’ użu. Ksur tal-Artikoli 15 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.