This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TB0028
Case T-28/12: Order of the General Court of 9 April 2013 — PT Ecogreen Oleochemicals and Others v Council (Dumping — Imports of certain fatty alcohols and their blends originating in India, Indonesia and Malaysia — Definitive anti-dumping duty — Adoption of a new regulation — No longer any interest in bringing proceedings — No need to adjudicate)
Kawża T-28/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ April 2013 — PT Ecogreen Oleochemicals et vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja — Dazju antidumping definittiv — Adozzjoni ta’ regolament ġdid — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )
Kawża T-28/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ April 2013 — PT Ecogreen Oleochemicals et vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja — Dazju antidumping definittiv — Adozzjoni ta’ regolament ġdid — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )
ĠU C 164, 8.6.2013, pp. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/17 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2013 — PT Ecogreen Oleochemicals et vs Il-Kunsill
(Kawża T-28/12) (1)
(Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja - Dazju antidumping definittiv - Adozzjoni ta’ regolament ġdid - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 164/32
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PT Ecogreen Oleochemicals (Kabil-Batam, l-Indoneżja); Ecogreen Oleochemicals (Singapore) Pte Ltd (Singapor; Singapor); u Ecogreen Oleochemicals GmbH (Dessau-Roβlau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u N. Chesaites, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1) sa fejn jimponi dazju antidumping lil PT Ecogreen Oleochemicals.
Dispożittiv
(1) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
(2) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Sasol Olefins & Surfactants GmbH u Sasol Germany GmbH. |
(3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn PT Ecogreen Oleochemicals, Ecogreen Oleochemials (Singapore) Pte Ltd u Ecogreen Oleochemicals GmbH. |
(4) |
Sasol Olefins & Surfactants u Sasol Germany għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |