Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0378

Kawża T-378/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Lulju 2013 — Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs UASI — Carolus C. (English pink)

ĠU C 260, 7.9.2013, pp. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 260, 7.9.2013, pp. 39–39 (HR)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 260/49


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2013 — Apple and Pear Australia u Star Fruits Diffusion vs UASI — Carolus C. (English pink)

(Kawża T-378/13)

2013/C 260/88

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Apple and Pear Australia Ltd (Victoria, l-Awstralja) u Star Fruits Diffusion (Caderousse, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carolus C. BVBA (Nieuwerkerken, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1215/2011-4, fis-sens li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u, konsegwentement, li l-oppożizzjoni tar-rikorrenti għandha tintlaqa’;

sussidjarjament, tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1215/2011-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Carolus C.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “English pink” għal prodotti fil-klassi 31 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 610 768

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “PINK LADY” u trade marks figurattivi li jinkludu l-elementi verbali “Pink Lady” għal prodotti fil-klassijiet 16, 29, 30, 31 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-prinċipju ta’ res judicata;

ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top