Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0526

Kawża C-526/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — IVD GmbH & Co. KG vs Ärztekammer Westfalen-Lippe (Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) — Kunċett ta’ “korp irregolat bil-liġi pubblika” — Kundizzjoni li tirrigwarda l-finanzjament tal-attività, il-kontroll tal-ġestjoni, il-kontroll tal-attività mill-Istat, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali jew korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika — Kamra professjonali tat-tobba — Finanzjament previst mil-liġi permezz ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri ta’ din il-kamra — Ammont ta’ kontribuzzjonijiet stabbilit mill-assemblea tal-imsemmija kamra — Awtonomija tal-imsemmi korp fir-rigward tal-istabbiliment tal-portata u tal-metodi ta’ implementazzjoni tal-funzjonijiet legali tagħha)

ĠU C 325, 9.11.2013, pp. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — IVD GmbH & Co. KG vs Ärztekammer Westfalen-Lippe

(Kawża C-526/11) (1)

(Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) - Kunċett ta’ “korp irregolat bil-liġi pubblika” - Kundizzjoni li tirrigwarda l-finanzjament tal-attività, il-kontroll tal-ġestjoni, il-kontroll tal-attività mill-Istat, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali jew korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika - Kamra professjonali tat-tobba - Finanzjament previst mil-liġi permezz ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri ta’ din il-kamra - Ammont ta’ kontribuzzjonijiet stabbilit mill-assemblea tal-imsemmija kamra - Awtonomija tal-imsemmi korp fir-rigward tal-istabbiliment tal-portata u tal-metodi ta’ implementazzjoni tal-funzjonijiet legali tagħha)

2013/C 325/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IVD GmbH & Co. KG

Konvenuta: Ärztekammer Westfalen-Lippe

fil-preżenza ta’: WWF Druck + Medien GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Kunċett ta’ “korpi rregolati bil-liġi pubblika [bid-dritt pubbliku]”- Kundizzjonijiet għall-finanzjament fil-biċċa ’l kbira u għas-superviżjoni maniġerjali mill-Istat — Kamra ta’ professjonisti awtorizzata mil-liġi sabiex tirċievi miżati mingħand il-membri tagħha, bl-ammont u l-allokazzjoni ta’ dawn il-miżati għandhom jiġu ffissati permezz ta’ regolament li jeħtieġ approvazzjoni mill-Istat

Dispożittiv

Il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li korp, bħall-kamra professjonali tad-dritt pubbliku, ma jissodisfax la l-kriterju li jirrigwarda l-finanzjament fil-parti l-kbira mill-awtoritajiet pubbliċi meta dan il-korp huwa ffinanzjat fil-parti l-kbira mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-membri tagħha, li l-liġi tawtorizzah jistabbilixxi u jiġbor l-ammont, fil-każ fejn din il-liġi ma tiddeterminax il-portata u l-metodi tal-azzjonijiet li l-imsemmi korp jimplementa fil-kuntest tat-twettiq tal-funzjonijiet legali tiegħu, li dawn il-kontribuzzjonijiet huma destinati sabiex jiffinanzjaw, u lanqas il-kriterju li jirrigwarda l-kontroll tal-ġestjoni mill-awtoritajiet pubbliċi minħabba l-fatt biss li d-deċiżjoni li permezz tagħha l-istess korp jistabbilixxi l-ammont tal-imsemmija kontribuzzjonijiet għandu jiġi approvat minn awtorità superviżorja.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012


Top