This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0456
Case C-456/13 P: Appeal brought on 09/08/2013 by T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda against the judgment of the General Court (Fifth Chamber) delivered on 6 June 2013 in Case T-279/11: T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda v European Commission
Kawża C-456/13 P: Appell ippreżentat fid- 9 ta’ Awwissu 2013 minn T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis- 6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-279/11, T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-456/13 P: Appell ippreżentat fid- 9 ta’ Awwissu 2013 minn T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis- 6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-279/11, T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 325, 9.11.2013, pp. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 325, 9.11.2013, pp. 15–15
(HR)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/16 |
Appell ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 minn T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-279/11, T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-456/13 P)
2013/C 325/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: T & L Sugars Ltd, Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, D. Slater, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet tal-appellanti
— |
tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-279/11 (iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”) sa fejn tiċħad bħala inammissibbli l-azzjoni tal-appellanti għal annullament u tiċħad l-eċċezzjonijiet relatati tagħha tal-illegalità; |
— |
tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għall-eżami tal-mertu; |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jippreżentaw l-aggravji li ġejjin:
(1) |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li r-regolamenti kkontestati involvew miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 263(4) TFUE; |
(2) |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li r-Regolament 393/2011 (1) ma kienx ta’ interess individwali għall-appellanti; |
(3) |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-eċċezzjoni tal-illegalità, bħala riżultat tal-iżbalji (1) u (2) hawn fuq. |
B’riżultat, l-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja (i) tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiddikjara bħala inammissibbli r-rikors għal annullament u tiċħad l-eċċezzjoni tal-illegalità; u (ii) tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2011, tad-19 ta’ April 2011, li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (ĠU L 104, p. 39)