This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0495
Case C-495/13 P: Appeal brought on 16 September 2013 by GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH against the judgment of the General Court (Third Chamber) delivered on 3 July 2013 in Case T-206/12 GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs) (OHIM)
Kawża C-495/13 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ Settembru 2013 minn GRE Grand River Enterprises Deutschland mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit- 3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-206/12, GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Kawża C-495/13 P: Appell ippreżentat fis- 16 ta’ Settembru 2013 minn GRE Grand River Enterprises Deutschland mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit- 3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-206/12, GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
ĠU C 325, 9.11.2013, pp. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 325, 9.11.2013, pp. 16–16
(HR)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/17 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 minn GRE Grand River Enterprises Deutschland mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-206/12, GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-495/13 P)
2013/C 325/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Villiger Söhne GmbH
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-206/12 u d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 411/2011-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell preżenti jikkonċerna s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li permezz tagħha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors tal-appellanti intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-1 ta’ Marzu 2012 dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Villiger Söhne GmbH u GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH.
L-appellanti tinvoka aggravju wieħed ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).
Insostenn tal-aggravju, l-appellanti tinvoka s-segwenti:
|
Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “identiċità tal-prodotti” peress li ekwiparat is-“sigarri” mal-kunċett ġenerali ta’ “prodotti ta’ tabakk”. Billi għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali estendiet indebitament il-portata tal-protezzjoni tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni. |
|
Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ “xebh ta’ prodotti”, peress li, sabiex tevalwa x-xebh tal-prodotti, hija lanqas ma kellha tikkunsidra b’mod ġenerali li s-“sigarri” huma simili għall-kunċett ġenerali ta’ “artikoli tat-tipjip”. |
|
Meta pparagunat is-sinjali, il-Qorti Ġenerali ma applikatx b’mod korrett il-kriterju tal-evalwazzjoni globali, peress li pparagunat b’mod ġenerali l-elementi “LIBERTAD” u “LIBERTE”, u b’hekk ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-komponenti l-oħra kollha tat-trade marks. |
|
B’mod partikolari, kieku applikat b’mod korrett il-kriterju tal-evalwazzjoni globali, il-Qorti Ġenerali kellha tattribwixxi importanza ikbar lil ċerti elementi oħra tat-trade marks kunfliġġenti, b’mod partikolari lill-kombinazzjoni tal-kuluri tat-trade mark ikkontestata u lid-denominazzjoni “LA” tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni. |
|
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar ix-xebh kunċettwali peress li ma ħaditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-lingwi differenti tat-trade marks. |
|
B’mod ġenerali, il-Qorti Ġenerali għalhekk waslet għal konkużjoni żbaljata. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)