This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TA0408
Case T-408/10: Judgment of the General Court of 16 September 2013 — Roca Sanitario v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Bathroom fittings and fixtures markets of Belgium, Germany, France, Italy, the Netherlands and Austria — Decision finding an infringement of Article 101 TFEU and Article 53 of the EEA Agreement — Coordination of price increases and exchange of sensitive business information — Attributability of unlawful conduct — Fines — 2006 Guidelines on the method of setting fines — Gravity of the infringement — Multipliers — Mitigating circumstances — Reduction of the fine — Significant added value)
Kawża T-408/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità tal-ksur — Koeffiċjenti — Ċirkustanzi attenwanti — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikattiv” )

ĠU C 325, 9.11.2013, pp. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 325, 9.11.2013, pp. 27–27
(HR)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Roca Sanitario vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-408/10) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità tal-ksur - Koeffiċjenti - Ċirkustanzi attenwanti - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikattiv)
2013/C 325/48
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo u M. Merola, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement M. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
(1) |
L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Roca Sanitario, SA, fl-Artikolu 2(4)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), huwa ta’ EUR 6 298 000. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, terz mill-ispejjeż sostnuti minn Roca Sanitario. |
(4) |
Roca Sanitario għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha. |