This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0309R(01)
Corrigendum to the notice in the Official Journal in Case T-309/13 ( OJ C 226, 3.8.2013, p. 23 )
Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kawża T-309/13 ( ĠU C 226, 3.8.2013, p. 23 )
Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kawża T-309/13 ( ĠU C 226, 3.8.2013, p. 23 )
ĠU C 325, 9.11.2013, pp. 53–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/53 |
Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kawża T-309/13
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 226 tat-3 ta’ Awwissu 2013, p. 23 )
2013/C 325/86
L-avviż fil-ĠU tal-Kawża T-309/13, Enosi Mastichoparagogon vs UASI — Gaba International (ELMA) għandu jinqara kif ġej:
“Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2013 — Enosi Mastichoparagogon vs UASI — Gaba International (ELMA)
(Kawża T-309/13)
2013/C 325/86
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Enosi Mastichoparagogon Chiou (Chios, il-Greċja) (rappreżentant: A. Malamis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gaba International Holding AG (Therwil, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tas-26 ta’ Marzu 2013, fil-Każ R 1539/2012-4; |
— |
tordna lill-UASI u lill-parti l-oħra (opponenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u appellanti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI) ibatu l-ispejjeż tagħhom u jħallsu dawk tal-applikant tat-trade mark Komunitarja (rikorrenti). |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali ‘ELMA’ għal prodotti fil-klassi 5 — Reġistrazzjoni internazzjonali 900 845 li tirreferi għall-Komunità Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għat-trade mark verbali ‘ELMEX’ għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 21
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.”