This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0020
Case C-20/14: Request for a preliminary ruling from the Bundespatentgericht (Germany) lodged on 17 January 2014 — BGW Marketing- & Management-Service GmbH v Bodo Scholz
Kawża C-20/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermnaja) fis-17 ta’ Jannar 2014 – BGW Marketing- & Management-Service GmbH vs Bodo Scholz
Kawża C-20/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermnaja) fis-17 ta’ Jannar 2014 – BGW Marketing- & Management-Service GmbH vs Bodo Scholz
ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermnaja) fis-17 ta’ Jannar 2014 – BGW Marketing- & Management-Service GmbH vs Bodo Scholz
(Kawża C-20/14)
(2014/C 129/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BGW Marketing- & Management-Service GmbH
Konvenuta: Bodo Scholz
Domanda preliminari
L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ prodotti u ta’ servizzi identiċi u simili, għandu jitqies li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni għall-pubbliku meta sekwenza ta’ ittri, ta’ karattru distintiv u li hija karatteristika tas-sinjal verbali jew figurattiv preċedenti b’karattru distintiv medju, tiġi riprodotta fis-sinjal verbali posterjuri ta’ terz permezz taż-żieda ma’ din is-sekwenza ta’ ittri b’sintamma relatata magħha u deskrittiva, li tispjega l-imsemmija sekwenza ta’ ittri bħala l-akronimu tal-kliem deskrittiv?
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).