Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0065

Kawża C-65/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de travail de Nivelles (il-Belġju) fl-10 ta’ Frar 2014 – Charlotte Rosselle vs Institut national d’assurance maladie-invalidité (INAMI), Union nationale des mutualités libres (UNM Libres)

ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de travail de Nivelles (il-Belġju) fl-10 ta’ Frar 2014 – Charlotte Rosselle vs Institut national d’assurance maladie-invalidité (INAMI), Union nationale des mutualités libres (UNM Libres)

(Kawża C-65/14)

(2014/C 129/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de travail de Nivelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Charlotte Rosselle

Konvenuta: Institut national d’assurance maladie-invalidité (INAMI), Union nationale des mutualités libres (UNM Libres)

Intervenjenti volontarju: Institut pour l’Egalité des Femmes et des Hommes (IEFH)

Domanda preliminari

Id-Digriet Irjali tat-3 ta’ Lulju 1996 li jimplementa l-liġi dwar l-assigurazzjoni obbligatorja għall-kura tas-saħħa u l-allowances, maħruġ fl-14 ta’ Lulju 1994, fis-Sezzjonijiet 1 u 2 tal-Kapitolu III tat-Titolu III tiegħu, jikser id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (1) u d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (2), billi ma jipprovdix dispensa mill-perijodu ta’ prova għall-uffiċjal assenjata fi stat mhux attiv għal raġunijiet personali li qegħda fuq leave tal-maternità, filwaqt li dan huwa l-każ fir-rigward tal-uffiċjal li jirriżenja u tal-uffiċjal li jitkeċċa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110.

(2)   ĠU L 204, p. 23.


Top