Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0592

Kawża T-592/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 12 ta’ Marzu 2014 – El Corte Inglés vs UASI – Technisynthese (BTS) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BTS — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti TBS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 12 ta’ Marzu 2014 – El Corte Inglés vs UASI – Technisynthese (BTS)

(Kawża T-592/10) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BTS - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti TBS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2014/C 129/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. López Camba u J. L. Rivas Zurdo, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Technisynthese SARL (Saint-Pierre-Montlimart, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1380/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Technisynthese SARL u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 80, 12.03.2011.


Top