This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0059
Case T-59/14: Action brought on 23 January 2014 — Blackrock v OHIM (INVESTING FOR A NEW WORLD)
Kawża T-56/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 – Evyap vs UASI – Megusta Trading (DURU)
Kawża T-56/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 – Evyap vs UASI – Megusta Trading (DURU)
ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/24 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 – Evyap vs UASI – Megusta Trading (DURU)
(Kawża T-56/14)
(2014/C 129/31)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Megusta Trading GmbH (Zürich, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 1861/2012-4; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 185 148
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: trade marks nazzjonali Nri 225 515, 192 722, 29 149, 31 665 u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 802 256 għal prodotti fil-klassi 3
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja