This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0116
Case T-116/14: Action brought on 17 February 2014 — Bunge Argentina v Council
Kawża T-116/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Bunge Argentina vs Il-Kunsill
Kawża T-116/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Bunge Argentina vs Il-Kunsill
ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/33 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – Bunge Argentina vs Il-Kunsill
(Kawża T-116/14)
(2014/C 129/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bunge Argentina SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: J. Bellis u R. Luff, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013 L 315, p. 2), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1 |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti billi kkonkludew li kien hemm distorsjoni fil-prezzijiet tal-fażola tas-soja u taż-żejt tas-soja li kienet tiġġustifika l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Bażiku Antidumping (1). |
2 |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Bażiku Antidumping, kif interpretat mill-istituzzjonijiet f’dan il-każ, ma jistax jiġi applikat għall-importazzjonijiet minn membru tad-WTO peress li huwa inkompatibbli mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Antidumping. |
3 |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-evalwazzjoni tal-ħsara ma tiħux inkunsiderazzjoni fatturi li jiksru r-rabta kawżali bejn l-allegati danni u l-importazzjonijiet suġġetti ta’ dumping bi ksur tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament Bażiku Antidumping. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009 L 343, p. 51)