Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0145

Kawża T-145/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – adidas vs UASI – Shoe Branding Europe (Emblema ta’ żewġ strixxi paralleli)

ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/35


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – adidas vs UASI – Shoe Branding Europe (Emblema ta’ żewġ strixxi paralleli)

(Kawża T-145/14)

(2014/C 129/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Shoe Branding Europe BVBA (Oudenaarde, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 1208/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark (“tip ieħor ta’ trade mark”) għaż-żraben fil-klassi 25 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 398 141

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni tat-trade marks Komunitarji Nri 3 517 646, 3 517 612, 3 517 588, 3 517 661, 4 269 072, 6 081 889; reġistrazzjoni tat-trade marks Ġermaniżi Nri 944 624, 944 623, 39 950 559, 897 134; reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 391 692, għall-prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28; u trade mark/sinjal li ma huwiex irreġistrat użat fil-kummerċ fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


Top