Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FA0128

Kawża F-128/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 – CR vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance għall-ulied dipendenti — Ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament — Intenzjoni li l-amministrazzjoni titwassal biex twettaq żball — Prova — Nuqqas ta’ opponibbiltà lill-amministrazzjoni tat-terminu ta’ ħames snin biex tiġi ppreżentata t-talba għall-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Proċedura prekontenzjuża — Regola ta’ konkordanza — Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors — Ammissibbiltà)

ĠU C 129, 28.4.2014, pp. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/36


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 – CR vs Il-Parlament

(Kawża F-128/12) (1)

((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance għall-ulied dipendenti - Ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament - Intenzjoni li l-amministrazzjoni titwassal biex twettaq żball - Prova - Nuqqas ta’ opponibbiltà lill-amministrazzjoni tat-terminu ta’ ħames snin biex tiġi ppreżentata t-talba għall-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa indebitament - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Proċedura prekontenzjuża - Regola ta’ konkordanza - Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors - Ammissibbiltà))

(2014/C 129/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CR (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebelle-Demogeot u E. Taneva, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jitwettaq, b’applikazzjoni tal-Artikolu 85(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-irkupru tal-allowances għall-ulied dipendenti kollha mħallsa indebitament lir-rikorrent u mhux biss dawk li ġew imħallsa indebitament lilu matul l-aħħar ħames snin.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CR għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u għandu jbati l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)   ĠU C 26, 26/01/2013, p. 73.


Top