This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0565
Case C-565/12: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 27 March 2014 (request for a preliminary ruling from the Tribunal d’instance d’Orléans — France) — LCL Le Crédit Lyonnais SA v Fesih Kalhan (Consumer protection — Credit agreements for consumers — Directive 2008/48/EC — Articles 8 and 23 — Creditor’s obligation to assess the borrower’s creditworthiness prior to conclusion of the agreement — National provision imposing the obligation to consult a database — Forfeiture of entitlement to contractual interest in the event of failure to comply with that obligation — Effective, proportionate and dissuasive nature of the penalty)
Kawża C-565/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance d'Orléans – Franza) – LCL Le Crédit Lyonnais, SA vs Fesih Kalhan Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi — Direttiva 2008/48/KE — Artikoli 8 u 23 — Obbligu ta’ verifika prekuntrattwali, għal persuna li ssellef, tas-solvenza tal-persuna li tissellef — Dispożizzjoni nazzjonali li timponi l-konsultazzjoni ta’ database — Revoka tal-interessi miftiehma fil-każ ta’ ksur ta’ tali obbligu — Natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjoni
Kawża C-565/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance d'Orléans – Franza) – LCL Le Crédit Lyonnais, SA vs Fesih Kalhan Protezzjoni tal-konsumaturi — Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi — Direttiva 2008/48/KE — Artikoli 8 u 23 — Obbligu ta’ verifika prekuntrattwali, għal persuna li ssellef, tas-solvenza tal-persuna li tissellef — Dispożizzjoni nazzjonali li timponi l-konsultazzjoni ta’ database — Revoka tal-interessi miftiehma fil-każ ta’ ksur ta’ tali obbligu — Natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjoni
ĠU C 151, 19.5.2014, pp. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d'instance d'Orléans – Franza) – LCL Le Crédit Lyonnais, SA vs Fesih Kalhan
(Kawża C-565/12) (1)
(Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Artikoli 8 u 23 - Obbligu ta’ verifika prekuntrattwali, għal persuna li ssellef, tas-solvenza tal-persuna li tissellef - Dispożizzjoni nazzjonali li timponi l-konsultazzjoni ta’ database - Revoka tal-interessi miftiehma fil-każ ta’ ksur ta’ tali obbligu - Natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjoni)
2014/C 151/04
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance d’Orléans
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LCL Le Crédit Lyonnais, SA
Konvenut: Fesih Kalhan
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal d’instance d’Orléans – Interpretazzjoni tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66), fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) – Obbligu tal-korp ta’ kreditu li jivverifika s-solvenza tal-persuna li ssellef – Rekwiżit ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u disswiżivi fil-każ ta’ nuqqas tal-kredutir għal dan l-obbligu – Revoka tad-drittijiet għall-interessi kuntrattwali – Ammissibbiltà taż-żamma tal-benefiċċju tal-kreditur għall-interessi legali legalment dovuti b’rata legali miżjuda
Dispożittiv
L-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ sistema nazzjonali ta’ sanzjonijiet li tipprovdi li, fil-każ ta’ ksur mill-persuna li ssellef tal-obbligu prekuntrattwali tagħha li tevalwa s-solvenza tal-persuna li tissellef billi tikkonsulta database xierqa, il-persuna li ssellef tiġi rrevokata d-dritt tagħha għall-interessi miftiehma, iżda tibbenefika ipso jure minn interessi bir-rata legali, eżiġibbli minn meta tingħata deċiżjoni ġudizzjarja li tikkundanna lil din il-persuna li tissellef għall-ħlas tas-somom li jifdal dovuti, li huma barra minn hekk miżjuda b’ħames punti jekk, fl-iskadenza tat-terminu ta’ xahrejn wara din id-deċiżjoni, din tal-aħħar ma tkunx ħallset dan id-dejn, meta l-qorti tar-rinviju tikkonstata li, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali, li jinvolvi l-eżiġibbiltà immedjata tal-kapital tas-self li jifdal dovut minħabba n-nuqqas tal-persuna li tissellef, l-ammonti li jistgħu effettivament jiġu riċevuti mill-persuna li ssellef wara l-applikazzjoni tas-sanzjoni tar-revoka tal-interessi ma humiex sinjifikattivament inqas minn dawk li din tal-aħħar setgħet tibbenefika minnhom kieku kienet osservat l-obbligu tagħha li tivverifika s-solvenza tal-persuna li tissellef.