This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0151
Case C-151/13: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 27 March 2014 (request for a preliminary ruling from the Cour administrative d’appel de Versailles — France) — Le Rayon d’Or SARL v Ministre de l’Économie et des Finances (Request for a preliminary ruling — Taxation — VAT — Scope — Determination of the taxable amount — Concept of ‘subsidy directly linked to the price’ — Payment of a lump sum by the national sickness insurance fund to residential care homes for the elderly)
Kawża C-151/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d'appel de Versailles – Franza) – Le Rayon d’Or SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — VAT — Kamp ta’ applikazzjoni — Determinazzjoni tal-valur taxxabbli — Kunċett ta’ “sussidju direttament marbut mal-prezz” — Ħlas ta’ allowance imħallsa mill-fond nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard lill-istabbilimenti ta’ residenza għal persuni anzjani dipendenti)
Kawża C-151/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d'appel de Versailles – Franza) – Le Rayon d’Or SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — VAT — Kamp ta’ applikazzjoni — Determinazzjoni tal-valur taxxabbli — Kunċett ta’ “sussidju direttament marbut mal-prezz” — Ħlas ta’ allowance imħallsa mill-fond nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard lill-istabbilimenti ta’ residenza għal persuni anzjani dipendenti)
ĠU C 151, 19.5.2014, pp. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d'appel de Versailles – Franza) – Le Rayon d’Or SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances
(Kawża C-151/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - VAT - Kamp ta’ applikazzjoni - Determinazzjoni tal-valur taxxabbli - Kunċett ta’ “sussidju direttament marbut mal-prezz” - Ħlas ta’ allowance imħallsa mill-fond nazzjonali ta’ assigurazzjoni għall-mard lill-istabbilimenti ta’ residenza għal persuni anzjani dipendenti))
2014/C 151/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Versailles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Le Rayon d’Or SARL
Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Cour administrative d’appel de Versailles – Interpretazzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas 17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), imsemmi fl-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) – Kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT – Sussidju direttament marbut mal-prezz tal-provvista ta’ kura – Inklużjoni tal-“allowance għal kura” imħallas mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard lill-istabbilimenti ta’ residenza għal persuni anzjani dipendenti
Dispożittiv
L-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, u tal-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ħlas ta’ allowance bħal “allowance għal kura” inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxi l-korrispettiv tal-provvisti ta’ kura bi ħlas minn stabbiliment ta’ residenza għal persuni anzjani dipendenti li minnha jibbenefikaw ir-residenti tiegħu u jaqa’, f’dan ir-rigward, fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.