This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0129
Case C-129/14: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Nürnberg (Germany) lodged on 20 March 2014 — Criminal proceedings against Zoran Spasic
Kawża C-129/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fl- 20 ta’ Marzu 2014 – Proċeduri kriminali kontra Zoran Spasic
Kawża C-129/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fl- 20 ta’ Marzu 2014 – Proċeduri kriminali kontra Zoran Spasic
ĠU C 151, 19.5.2014, pp. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2014 – Proċeduri kriminali kontra Zoran Spasic
(Kawża C-129/14)
2014/C 151/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Nürnberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Zoran Spasic
Parti oħra fil-proċedura: Generalstaatsanwaltschaft Nürnberg
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (iktar ’il quddiem il-“KFS”) (1) huwa kompatibbli mal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn jissuġġetta l-prinċipju ta’ ne bis in idem għall-kundizzjoni li, f’każ ta’ kundanna, is-sanzjoni tkun ġiet subita jew attwalment tkun qed tiġi infurzata jew ma tkunx tista’ tiġi iktar infurzata skont il-liġijiet tal-Istat ta’ kundanna? |
2) |
Il-kundizzjoni msemmija iktar ’il fuq tal-Artikolu 54 tal-KFS hija ssodisfatta wkoll meta parti biss (f’dan il-każ, il-multa) tas-sanzjoni mogħtija fl-Istat ta’ kundanna, li hija komposta minn żewġ partijiet indipendenti (f’dan il-każ, piena li ċċaħħad il-libertà u multa) tkun ġiet infurzata? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9.