Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0169

Kawża T-169/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Marzu 2014 – Ferring vs UASI– Kora Corporation (Koragel)

ĠU C 151, 19.5.2014, pp. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/28


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2014 – Ferring vs UASI– Kora Corporation (Koragel)

(Kawża T-169/14)

2014/C 151/35

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kora Corporation Ltd (Swords, l-Irlanda)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 721/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Koragel” għal prodotti fil-Klassi 5 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 490 027

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “CHORAGON” għal prodotti fil-Klassi 5 – Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 695 314

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


Top