Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0181

Kawża T-181/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Marzu 2014 – Nürburgring vs UASI – Biedermann (Nordschleife)

ĠU C 151, 19.5.2014, pp. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/29


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Nürburgring vs UASI – Biedermann (Nordschleife)

(Kawża T-181/14)

2014/C 151/37

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nürburgring GmbH (Nürburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Viefhues u C. Giersdorf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lutz Biedermann (Villingen-Schwenningen, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 163/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, lill-partijiet l-oħra, għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Nordschleife” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2 sa 4, 6, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 21, 22, 24 sa 30, 32 sa 34, 39, 41 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 379 399

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Lutz Biedermann

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark nazzjonali “Management by Nordschleife” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 16, 25, 28 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top