Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0191

Kawża T-191/14: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2014 – Lubrizol France vs Il-Kunsill

ĠU C 151, 19.5.2014, pp. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Lubrizol France vs Il-Kunsill

(Kawża T-191/14)

2014/C 151/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lubrizol France SAS (Rouen, Franza) (rappreżentanti: R. MacLean, Solicitor u B. Hartnett, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-appell inammissibbli;

tannulla l-Artikoli 1 u 4 of the Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 (1) tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 sa fejn ċaħad lir-rikorrenti mid-drittijiet tagħha għall-benefiċċju ta’ tliet sospensjonijiet tad-dazji skont l-ex-Kodiċijiet TARIC 2918.2900.80, 3811.2900.10 u 3811.9000.30 minħabba li fih żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ fatti u ġie adottat b’nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali essenzjali;

tikkundanna lill-konvenut u kwalunkwe intervenjent sabiex iħallsu l-ispejjeż legali u proċedurali tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut wettaq żbalji manifesti fil-fatt u fid-dritt meta ddetermina li l-kundizzjonijiet applikabbli kienu ġew sodisfatti għat-terminazzjoni tat-tliet sospensjonijiet tad-dazji awtonomi billi ma applikax b’mod korrett it-test għall-istabbiliment tal-eżistenza ta’ kwantitajiet suffiċjenti ta’ kwantitajiet simili jew sostitwibbli ta’ prodotti magħmulin fl-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-kriterji ta’ prodotti identiċi, ekwivalenti jew sostitwibbli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut ma osservax ir-rekwiżiti u s-salvagwardji proċedurali essenzjali implementati sabiex jiżguraw li r-regoli proċedurali, li jobbligaw kumpanniji li jopponu lil xulxin sabiex jirrispondu fit-terminu previst kif ukoll sabiex jiġi prekluż li tingħata informazzjoni qarrieqa u mhux preċiża fl-oġġezzjonijiet għat-tkomplija tas-sospensjoni tad-dazji awtonomi, jiġu applikati u implementati b’mod xieraq.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 (ĠU 2013 L 354, p. 201)


Top