This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0333
Case C-333/14: Reference for a preliminary ruling from Court of Session, Scotland (United Kingdom) made on 8 July 2014 — The Scotch Whisky Association and others against The Lord Advocate, The Advocate General for Scotland
Kawża C-334/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session, Scotland (ir-Renju Unit) fit- 8 ta’ Lulju 2014 – The Scotch Whisky Association et vs The Lord Advocate u The Advocate General for Scotland
Kawża C-334/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session, Scotland (ir-Renju Unit) fit- 8 ta’ Lulju 2014 – The Scotch Whisky Association et vs The Lord Advocate u The Advocate General for Scotland
ĠU C 339, 29.9.2014, pp. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 339/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session, Scotland (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Lulju 2014 – The Scotch Whisky Association et vs The Lord Advocate u The Advocate General for Scotland
(Kawża C-334/14)
2014/C 339/05
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Session, Scotland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Scotch Whisky Association et
Konvenuti: The Lord Advocate u The Advocate General for Scotland
Domandi preliminari
1) |
Skont interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, b’mod partikolari tar-Regolament Nru 1308/2013 (1), huwa leġittimu għal Stat Membru li jippromulga miżura nazzjonali li tipprevedi prezz minimu għall-bejgħ bl-imnut ta’ inbid skont il-kwantità ta’ alkoħol li jinsab fil-prodott mibjugħ, liema sistema ta’ prezzijiet b’hekk tinjora l-prinċipju tad-determinazzjoni libera tal-prezzijiet mill-forzi tas-suq li jikkaratterizza s-suq tal-inbid? |
2) |
Fil-każ fejn tiġi invokata ġustifikazzjoni abbażi tal-Artikolu 36 TFUE, meta:
id-dritt tal-Unjoni jippermetti, u jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet, li Stat Membru ma jadottax tali miżuri fiskali li jinvolvu ż-żieda fil-prezz imħallas mill-konsumaturi u li jagħżel miżuri leġiżlattivi li jiffissaw prezz minimu għall-bejgħ bl-imnut li joħolqu distorsjoni tal-kummerċ ġewwa l-Unjoni u tal-kompetizzjoni? |
3) |
Meta qorti ta’ Stat Membru tintalab tiddeċiedi fuq il-kwistjoni jekk miżura leġiżlattiva nazzjonali, li tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fuq il-kummerċ inkompatibbli mal-Artikolu 34 TFUE, tistax madankollu tiġi ġġustifikata mill-Artikolu 36 TFUE għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, din tkun limitata biss għall-evalwazzjoni tal-informazzjoni, tal-provi jew ta’ dokumenti oħra li kellu l-leġiżlatur għad-dispożizzjoni tiegħu u li dan eżamina meta adotta l-miżura msemmija? F’każ ta’ risposta negattiva, liema restrizzjonijiet oħra jistgħu jitpoġġew fuq is-setgħa ta’ stħarriġ tal-qorti li teżamina d-dokumenti jew il-provi kollha disponibbli ppreżentati mill-partijiet fil-mument meta din tintalab tagħti deċiżjoni? |
4) |
Meta, fil-kuntest ta’ interpretazzjoni u ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti ta’ Stat Membru tintalab tagħti deċiżjoni fuq affermazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali li miżura li tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE hija ġġustifikata bħala deroga ammessa mill-Artikolu 36 TFUE fl-interess tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, sa fejn għandha jew tista’ l-qorti, abbażi tal-provi ppreżentati quddiemha, tifforma opinjoni oġġettiva fuq l-effettività tal-miżura msemmija biex tilħaq l-għanijiet iddikjarati, fuq il-possibbiltà li jiġu implementati miżuri oħra li l-effetti tagħhom li jkunu mill-inqas ekwivalenti jkunu joħolqu inqas distorsjoni tal-kompetizzjoni fl-Unjoni u, b’mod ġenerali, fuq il-proporzjonalità tal-miżura msemmija? |
5) |
Waqt l-eżami (fil-kuntest ta’ kwistjoni dwar jekk miżura tkunx iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem b’applikazzjoni tal-Artikolu 36 TFUE) tal-eżistenza ta’ miżura oħra possibbli, li ma toħloqx distorsjoni jew li mill-inqas ma toħloqx daqstant distorsjoni tal-kummerċ fl-Unjoni u tal-kompetizzjoni, huwa motiv leġittimu biex tiġi eskluża din il-miżura l-oħra l-fatt li l-effetti tagħha jistgħu ma jkunux perfettament ekwivalenti għal dawk tal-miżura kkontestata abbażi tal-Artikolu 34 TFUE iżda li din tista’ twassal għal vantaġġi supplimentari u tissodisfa għan iktar wiesa’ u ġenerali? |
6) |
Biex tevalwa jekk miżura nazzjonali, ammessa jew ikkonstatata bħala li tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE u li għaliha titressaq ġustifikazzjoni abbażi tal-Artikolu 36 TFUE, u b’mod partikolari għall-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tagħha, sa fejn tista’ l-qorti li titressaq il-kawża quddiemha tieħu inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tagħha tan-natura u tal-firxa li fiha l-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva kuntrarja għall-Artikolu 34 [TFUE]? |
(1) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, p. 671).