This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0528
Case C-528/14: Request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands) lodged on 21 November 2014 — X v Staatssecretaris van Financiën
Kawża C-528/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 21 ta’ Novembru 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën
Kawża C-528/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil- 21 ta’ Novembru 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën
ĠU C 56, 16.2.2015, pp. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Novembru 2014 – X vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-528/14)
(2015/C 056/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
1) |
Ir-Regolament Nru 1186/2009 (1) jinkludi l-possibbiltà li persuna fiżika jkollha, fl-istess ħin, ir-residenza normali tagħha kemm fi Stat Membru kif ukoll f’pajjiż terz u, jekk dan huwa l-każ, l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tapplika għall-proprjetà personali li ġew ittrasferiti fl-Unjoni Ewropea meta [din il-persuna fiżika] ma jibqax ikollha r-residenza normali tagħha fil-pajjiż terz? |
2) |
Jekk ir-Regolament Nru 1186/2009 jeskludi li jkun hemm residenza normali doppja u jekk evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha ma tkunx suffiċjenti sabiex tiġi ddeterminata r-residenza normali, liema regola jew liema kriterji għandhom jintużaw sabiex jiġi ddeterminat, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, f’liema pajjiż il-persuna kkonċernata għandha r-residenza normali tagħha f’każ bħal dak f’din il-kawża fejn din tal-aħħar għandha kemm rabtiet personali kif ukoll rabtiet professjonali fil-pajjiż terz u rabtiet personali fl-Istat Membru? |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, p. 23).