Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0345

Kawża T-345/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 28 ta’ Novembru 2014 – Quanzhou Wouxun Electronics vs UASI – Locura Digital (WOUXUN) ( “Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Assenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Inammissibbiltà manifesta” )

ĠU C 56, 16.2.2015, pp. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2014 – Quanzhou Wouxun Electronics vs UASI – Locura Digital (WOUXUN)

(Kawża T-345/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Assenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri - Inammissibbiltà manifesta”))

(2015/C 056/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Quanzhou Wouxun Electronics Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Locura Digital, SL (Granollers, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Frar 2014 (Każ R 407/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WOUXUN bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Quanzhou Wouxun Electronics Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


Top