This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0847
Case T-847/14: Action brought on 30 December 2014 — GHC v Commission
Kawża T-847/14: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Diċembru 2014 – GHC vs Il-Kummissjoni
Kawża T-847/14: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Diċembru 2014 – GHC vs Il-Kummissjoni
ĠU C 56, 16.2.2015, pp. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/28 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2014 – GHC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-847/14)
(2015/C 056/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Lang, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 7920, tal-31 ta’ Ottubru 2014, kif ukoll l-allokazzjoni lir-rikorrenti ta’ kwota għas-sena 2015 għat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworukarburi, sa fejn dawn jistabbilixxu għar-rikorrenti valur ta’ referenza baxx wisq u jallokaw kwota baxxa wisq għall-2015; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 (1)
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza skont l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE
|
(1) Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, p. 195).