This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0599
Case C-599/14 P: Appeal brought on 19 December 2014 by the Council of the European Union against the judgment of the General Court (Sixth Chamber, Extended Composition) delivered on 16 October 2014 in joined Cases T-208/11 and T-508/11: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) v Council of the European Union
Kawża C-599/14 P: Appell ippreżentat fid- 19 ta’ Diċembru 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis- 16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11, Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-599/14 P: Appell ippreżentat fid- 19 ta’ Diċembru 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis- 16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11, Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 89, 16.3.2015, pp. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/6 |
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawżi magħquda T-208/11 u T-508/11, Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-599/14 P)
(2015/C 089/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: B. Driessen, E. Finnegan, u G. Etienne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Liberation Tigers of Tamil Eelam (LTTE), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
— |
li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata; |
— |
li taghti sentenza finali dwar l-aggravji li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiċhad ir-rikorsi; u |
— |
li tordna lir-rikorrent fil-Kawżi maghquda T-208/14 u T-508/14 iħallas l-ispejjeż tal-Kunsill ta’ dik il-kawża u ta’ dan l-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali annullat l-iskrizzjoni tal-LTTE purament għal raġjunijiet marbuta mal-proċedura li ntużat ghall-adozzjoni taghħom. Il-Kunsill jissottometti li l-Qorti Ġenerali żbaljat fuq dawn il-punti:
L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta sostniet li l-Kunsill għandu juri fil-motivi li huwa vverifika li l-attivitajiet tal-Listing Authority fl-Istat terz jitwettaq permezz ta’ salvagwardji suffiċjenti. Għalkemm il-Kunsill jaċċetta li l-attività tal-awtorità Kompetenti fi Stat terz ghandu jiġi inkwadrat f’qafas ta’ leġiżlazzjoni u prassi li jirrispetta d-drittijiet fundamentali ta’ dawk li qed jiġu affettwati biha, huwa jissottometti li l-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi meta titlob li din l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fil-motivi.
It-Tieni Aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tagħha tal-użu mill-Kunsill ta’ informazzjoni ta’ dominju pubbliku. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ċaħdet lil Kunsill milli juża materjal disponibbli liberament. Il-Qorti Ġenerali kompliet tiżbalja bir-raġjunament tagħha li l-Kunsill kellu jitlob lil awtorità kompetenti tinvestiga l-artikli fl-istampa li saret riferenza għalihom fil-motivi. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li r-rifjut tagħha li tilqa’ d-dipendenza tal-Kunsill fuq materjal disponibbli liberament għandha twassal għall-annullament tad-deċiżjoni appellata.
It-Tielet Aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset li tikkonkludi li l-iskrizzjoni setgħet tistrieħ fuq il-UK Proscription order tal-2001. L-interpretazzjoni li għamlet il-Qorti Ġenerali, barra mill-fatt li mhux ġustifikata fil-liġi, għandha l-konsegwenza li entità tista’ tostakola l-iskrizzjoni taħt is-CP931 billi tirrifjuta li tikkontesta l-iskrizzjoni jew il-projbizzjoni fl-Istat Membru minn fejn tkun ħarġet id-deċizjoni taħt l-Artikolu 1(4) tas-CP931. Barra minn hekk, ir-raġjunament tal-Qorti Ġenerali mhux konformi mas-sentenza Kadi II.