This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0606
Case C-606/14 P: Appeal brought on 23 December 2014 by Portovesme Srl against the judgment delivered by the General Court (Eighth Chamber) of 16 October 2014 in Case T-291/11 Portovesme v Commission
Kawża C-606/14 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta’ Diċembru 2014 minn Portovesme Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis- 16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-291/11, Portovesme vs Il-Kummissjoni
Kawża C-606/14 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta’ Diċembru 2014 minn Portovesme Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis- 16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-291/11, Portovesme vs Il-Kummissjoni
ĠU C 89, 16.3.2015, pp. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/9 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 minn Portovesme Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-291/11, Portovesme vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-606/14 P)
(2015/C 089/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Portovesme Srl (rappreżentanti: G. Dore, M. Liberati, A. Vinci, F. Ciulli, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza kkontestata u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi tilqa’ t-talbiet redatti fir-rikors tal-ewwel istanza (waqt li teskludi l-parti segwenti mis-sentenza: “jew parzjali sa fejn jitqies raġjonevoli” mill-ewwel punt tat-talbiet tagħha); |
— |
sussidjarjament, tilqa’ dan l-appell u tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex issir evalwazzjoni ġdida tar-rikors tal-ewwel istanza, waqt li żżomm il-motivi li ser jiġu invokati f’din l-istanza; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti quddiem iż-żewġ istanzi tal-qorti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn ta’ dan l-appell, l-appellanti tinvoka seba’ aggravji għall-annullament tas-sentenza kkontestata:
1. |
Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti tikkritika s-sentenza kkontestata abbażi ta’ evalwazzjoni żbaljata tal-prinċipju tat-tul raġonevoli tal-proċedura amministrattiva u tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, fir-rigward tal-parti tad-deċiżjoni kkontestata li tipprovdi għall-irkupru tal-għajnuna mħallsa. |
2. |
Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata hija illegali u għandha tiġi annullata minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni mill-Qorti Ġenerali, safejn din iddeċidiet li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx tikser il-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ imparzjalità tal-azzjoni tal-amministrazzjoni. |
3. |
Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti ssostni l-ksur, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 19 TUE, fil-parti tas-sentenza kkontestata li fiha hija tat l-interpretazzjoni tagħha tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li kienet tmur kontra il-kontenut litterali tagħha, bi ksur evidenti tal-limiti tal-prerogattivi tagħha. |
4. |
Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti tikkontesta l-evalwazzjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali, l-inugwaljanza fit-trattament invokata fil-konfront ta’ operatur ieħor (Alcoa-Alumix) fir-rigward ta’ miżura ta’ għajnuna analoga, kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 108 TFUE, sa fejn l-għajnuna mill-Istat kellha tiġi eżaminata bħala għanjnuna eżistenti. |
5. |
Permezz tal-ħames aggravju, l-appellanti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, safejn, għall-kuntrarju ta’ dak li tqis il-Qorti Ġenerali, il-miżura kkontestata ma tikkostitwixxix vantaġġ indebitu, u lanqas ma taffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri. |
6. |
Permezz tas-sitt aggravju, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa, jew evalwat b’mod insuffiċjenti jew żbaljat, l-ilment ibbażat fuq in-natura selettiva tal-miżura. |
7. |
Permezz tas-seba’ u l-aħħar aggravju, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 174 TFUE u l-Artikolu 107(3) TFUE, sa fejn il-miżura kompensatorja, minn naħa, hija koerenti mal-linji politiċi tal-koeżjoni soċjali għar-reġjuni insulari u nieqsa mill-infrastruttura u, min-naħa l-oħra, hija konformi mad-derogi previsti mill-Artikolu 107 TFUE. |