Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0382

Kawża C-382/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – C.E. Franzen, H.D. Giesen, F. van den Berg vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikoli 13(2) u 17 — Xogħol okkażjonali fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat ta’ residenza — Leġiżlazzjoni applikabbli — Rifjut tal-għoti tal-allowances tal-familja u tnaqqis tal-pensjoni tax-xjuħija mill-Istat ta’ residenza]

ĠU C 205, 22.6.2015, pp. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – C.E. Franzen, H.D. Giesen, F. van den Berg vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

(Kawża C-382/13) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 13(2) u 17 - Xogħol okkażjonali fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat ta’ residenza - Leġiżlazzjoni applikabbli - Rifjut tal-għoti tal-allowances tal-familja u tnaqqis tal-pensjoni tax-xjuħija mill-Istat ta’ residenza])

(2015/C 205/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C.E. Franzen, H.D. Giesen, F. van den Berg

Konvenut: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u implementata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-resident ta’ Stat Membru, li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament kif emendat u li, skont kuntratt ta’ xogħol okkażjonali, huwa impjegat għal ftit jiem fix-xahar fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni fl-Istat ta’ impjieg, kemm għal dawk il-jiem li fihom huwa jeżerċita l-attività mħallsa, kif ukoll matul il-jiem li fihom huwa ma jeżerċitax din l-attività.

2)

L-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u implementata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2006, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-istess artikolu, għandu jiġi interpretat fis-sens li f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jipprekludix li ħaddiem migrant suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ impjieg, jirċievi, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ residenza, il-benefiċċji abbażi tas-sistema ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija jew l-allowances tal-familja ta’ dan l-aħħar Stat.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


Top