Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0147

Kawża C-147/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2015 – Provincia di Bari vs Edilizia Mastrodonato srl

ĠU C 205, 22.6.2015, pp. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2015 – Provincia di Bari vs Edilizia Mastrodonato srl

(Kawża C-147/15)

(2015/C 205/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Provincia di Bari

Konvenuta: Edilizia Mastrodonato srl

Domanda preliminari

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva Komunitarja 2006/21/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ mili tal-miżbla – fil-każ ta’ użu ta’ skart li ma huwiex ġej minn estrazzjoni – għandha dejjem tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart tad-Direttiva 1999/31/KE (2), anki fil-każ li ma hemmx operazzjonijiet ta’ rimi ta’ skart, iżda ta’ rkupru?


(1)  Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 102, p. 15).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [miżbla] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228).


Top