This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0193
Case C-193/15 P: Appeal brought on 27 April 2015 by Tarif Akhras against the judgment of the General Court (Seventh Chamber) delivered on 12 February 2015 in Case T-579/11: Tarif Akhras v Council of the European Union
Kawża C-193/15 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 minn Tarif Akhras mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-579/11, Tarif Akhras vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-193/15 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 minn Tarif Akhras mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-579/11, Tarif Akhras vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 205, 22.6.2015, pp. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/24 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 minn Tarif Akhras mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-579/11, Tarif Akhras vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-193/15 P)
(2015/C 205/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Tarif Akhras (rappreżentanti: S. Millar, S. Ashley, Solicitors, D. Wyatt QC, R. Blakeley, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-12 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-579/11 Tarif Akhras vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tannulla l-miżuri kkontestati meħuda fil-Kawża T-579/11 fit-23 ta’ Marzu 2012 u iktar tard, sa fejn dawn japplikaw lill-appellant; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ dan l-appell u ta’ dawk tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ motivi.
Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill seta’ japplika l-preżunzjoni li tgħid li l-appellant kien ibbenefika mill-iskema u/jew kien appoġġja l-iskema, u naqqset milli tapplika l-kriterju xieraq, intiż li jistabbilixxi jekk il-fatti stabbiliti kinux jikkostitwixxu sett ta’ indizji suffiċjentement speċifiċi, preċiżi u koerenti li jippermettu li jistabbilixxu li l-appellant ibbenefika mill-iskema u/jew kien appoġġja l-iskema.
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat il-provi rilevanti rigward jekk l-appellant ibbenefikax mill-iskema u/jew kienx appoġġja l-iskema, provi li, fl-assenza ta’ tali żnaturament, setgħu juru li l-appellant ma kienx ibbenefika mill-iskema u ma kienx appoġġja l-iskema.
Li kieku l-Qorti Ġenerali ma kinitx applikat din il-preżunzjoni u/jew kienet applikat il-kriterju xieraq u/jew ma kinitx żnaturat il-provi msemmija iktar 'il fuq, hija kienet tannulla l-miżuri kkontestati meħuda fil-Kawża T-579/11 fit-23 ta’ Marzu 2012 u iktar tard.