Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0715

Kawża T-715/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Castello — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Castelló — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt ta’ smigħ — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

ĠU C 205, 22.6.2015, pp. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T-715/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Castello - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Castelló - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt ta’ smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 205/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG, hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 15.03.2014.


Top